Għeżież Ċamyouths,
KwiżżKafè reġa’ magħna!
Wara r-rispons tas-sena l-oħra ħsibna li din is-sena nerġgħu intellgħu din l-attività, li dis-sena ħa jkollha xi tibdiliet zgħar....għax iddeċidejna li nbiddlu l-mistoqsijiet żgur!
Mela, it-timijiet iridu jkunu ta’ 6 min-nies u min hu interessat importanti li jibgħat e-mail fuq lisacamilleri89(at)gmail.com
Kull tim irid ikollu leader u isem (li jridu jkunu miktubin fl-email ukoll =))
In-numru ta’ timijiet li ħa jiġu aċċettati huwa limitat allura importanti li tibagħtu kemm jista’ jkun malajr biex ma jilħaqx jiksaħ il-kafè xejn xejn!

Data: 25 ta' April 2010
Ħin: 4.30pm (importanti li kulħadd ikun hemm fil-ħin)
Kull min ġej huwa mitlub iġib miegħu moħħ biex jaħseb u naqa’ sens komun ma jagħmilx ħażin lanqas XD
Narawkom
Clifton, Oriana & Rowena obo Activity Team
|